PITTURA
MEDJEVALI TAD-DULURI F’ĦAL-QORMI
MIKTUBA MINN JOSEPH F. GRIMA
Il-pittura titulari ta’artal tal-Madonna
tad-Duluri fil-knisja Parrokkjali San Ġorg hi l-eqdem oggett
artistiku li hawn f’Ħal Qormi għax tmur lura l-ewwel nofs tas-seklu
ħmistax għalhekk id-datażżjoni preciza u l-pittur tagħha mhumiex
magħrufin.Originarjament,kienet il-panew centrali ta’trittiku
li sal-1632 kienet it-titular ta’l-artal maġġur.Iż-żewġ panewijiet
tal-gnub kienu juru lili San Ġorġ u lil San Girgor.
Għall-ħabta tal-1850 saret pittura ġdida tad-Duluri minn Antonio
Falzon izda jidher li din il-bidla ma ntlaqitx mill-poplu qormi.Allura
reġgħu qegħdu din il-pittura l-antika fuq l-artal fejn għandha
sallum.
Stilistikament,din il-pala d’altare hi taħlita ta’ elementi
Gotici u Italo-Bizantini li possibilment tpittret x’imkien fl-Italja
ta’ fuq.Hi xogħol sofistikat ta ;interess ikonografiku kbir
tant li, meta wiħed iqis ic-cokon ta ;Ħal-Qormi fil-kuntest
ta’Malta medjevali,wieħed x’aktarx jistgħageb kif sabet ruħha
f’dan ir-raħal.Hemm spekulazzjoni li setgħet tpittret għal xi
wieħed mill-kunventi l-kbar tar-Rabat u mbagħad b’xi mod waslet
Ħal-Qormi.Min naħa oħra jista jkun li,bhalma diga għidna, saret
apposta għall- knisja parrokkjali l-ġdida
Il-pittura turi d-deposizzjoni ta’Gesu
minn fuq is-Salib komunement magħrufa bhala t-tlettax tal-Via
Sacra u tinkludi l-figuri tal-Madonna,Gesu mejjet,San Gwann
l-Evangelista u Marija Maddalena fuq quddiem fil-waqt li Nikodemu
Gużeppi d’Arimatea u l-Veronika jidhru fuq wara b simboli tal-Passjoni.Il-Madonna
b haddejha ma wicc Gesu’ hi mpittra f’idjoma Bizantina għal
kollox tant li dan l-istil insibuħ f’diversi pitturi Bizantini
ta l-medju Evu.Min-naħa l-oħra,il-background li jikludi l-figuri
sekondarji hu Gotiku fit-trattament tiegħu
Dan il-kwadru kien restawrat
l-aħħar mill-pittur Lazzaro Pisani.(1850-1932) fl- 1919/20

Talba lil Marija Santissima
Omm Vergni Marija, li nissiltna wliedek fid-dulur tar-ruh helwa tieghek, wieqfa fejn is-salib, l-artal li fuqu offra ruhu vittma lil Alla Missier, ghal mahfra tad-dnubiet ta' kulhadd, Kristu Gesu', L-iben Wahdieni tieghu u l-frott wahdieni tal-guf tieghek verginali, li thallis li ahna wara mewtn, weqfin fil-gust tribunal ta' dan l-istess iben tieghek Gesu' inkunu mkeccija b'sahta eterna izda ghamel li b'barka eterna nkunu milqughin minnu fil-hdan tal-hlewwa tieghu. Ammen
Ktistu m'Ghandux Idejn
Waqt il-gwera, bomba waqghet fuq Knisja. Kissret kollox. Baqa biss kurcifiss, izda l-bomba tajritlu idejh. il-Kappillan, rega qieghed il-Kurcifiss bla idejn fil-knisja l-gdida li bena u taht il-kurcifiss kiten hekk:
KRISTU M'GHANDUX IDEJN
IMMA....
JRID JITMA LIL HUK LI HU BIL-GUH, JIXTIEQ JERFA' LIL MIN WAQA' JORBOT IL-GRIEHI LIL BATUT, IFEJJAQ LILL-MARID, JDEWWI IL-QALB MAQSUMA, IQASSAM IL-FERH, JIZRA S-SLIEM U L-PACI, JIBNI DINJA GDIDA.
IMMA KRISU MA GHANDU IDEJN
TRID TISILFU IDEJK?
Il-Purcissjoni tal- Gimgha
Mqaddsa
Ninsabu fi zmien tar- Randan u dan iz-zmien
ghal- knisja kattolika huwa zmien ta’ riflessjoni pero huwa
wkoll il- mument fejn il- knisja ticcelebra l- akbar grajja
fl-istorja taghha.
F’ Malta il-grajja tal- Gimgha Mqaddsa tigi iccelebrata fil-
parrocci kollha pero ma’ nistghux nghidu hekk ghal- purcissjonijiet.
Mhux kull parrocca ghanha din il-purcissjoni tal- Gimgha l-
Kbira.
Wahda mill- eqdem parrocci fejn insibu din il- purcissjoni hija
dik ta’ Hal- Qormi u li tohrog mill- parrocca ta’ San Gorg Marti.
Din il- purcissjoni ilha tezisti f’Hal-Qormi zgur sa mis- seklu
tmintax. Dan irrizulta minn xi oggetti li insibu fil- muzew
ta’l-istess knisja li jqarreb din id- data. Dawn il- fdalijiet
ipoggu lil- knisja taghna bhala wahda mill- ewwel knejjes fejn
kienu jesistu l-istatwi u l- oggetti kollha relatati mal- purcissjoni.
Tajjeb hawnhekk nirrifletti li kien il- Koncilju ta’ Trent jigifieri
il- koncilju li sar fis- seklu sittax li stabilixxa certi cerimonji
fi hdan il- knisja kattolika. Dan sar biex jirribatti ghal-
dak li kien ghaddej u qed nirreferi ghal- Riform li Lutheru
ried jaghmel. Minn naha l- ohra il- knisja kattolika fasslet
il- Kontro Riforma u appuntu wahda mill- insrtuzzjonijiet hi
li l- messag nisrani ghanu jitwassal lil-poplu anke lill- dawk
li ma kienux jafu jaqraw u jiktbu permess tax- Xogholijit tal-
Arti inkluz l- istatwi , pitturi, ecc.
Jekk wiehed jirrifletti sewwa l- purcissjoni tal- Gimgha l-
Kbira , il- mod kif inhi mfassla, ma huwa xejn hlief rakkont
tal- Passjoni u l- Mewt ta’ Sidna Gesu Kristu. Fis- sekli ta
wara l- Koncilju minn kien jaf jaqra seta jaqra l- hajja ta
Gesu mill- kotba, pero il- Knisja riedet twassal il- messagg
tal- iskrittura mhux lil dawn in- nies biss izda lill kulhadd
u ghaldaqstant giet imwielda din il- purcissjoni fuq il- misteru
tad-tbatija.
F’ Hal- Qormi il- purcissjoni ma bdietx kif narawh illum, izda
kien hemm zvilupp. Kien hemm perjodu fl- imghoddi, fejn fi zmien
tar- Randan, kull nhar ta’ Hadd, ghal hamest ihdud konsekuttivi,
kient tohrog purcissjoni b’vara wahda mill- Knisja parrokkjali
ghal- wahda mill- kappelli li ghandna mifruxa mar- rahal taghna.
Hekk insibu li L- ewwel Hadd tar Randan kient tohrog il- Vara
tal- Ort mill- Knisja u terhila lejn il- kappella mgharufa bhala
ta’Qrejqca fi triq Santa Katerina. Fit- tieni Hadd Gesu Marbut
ghal- Kappella ta’ San Pietru, fit-Tielet Hadd il- vara ta’
l- Ecce Homo ghal Kappella ta’ Santa Katerina , fir raba Hadd
Ir- Redentur u l- Veronica ghal- Kappella tac- Cimiterju u l-
ahhar Hadd il- Vara l- Kbira gal- Kappella tal- Vitorja. Il-
Vari kien jissejhu Misteri.
|
|
|
|
|
|
|
|
Kappella tac-Cimiterju |
|
Kappella ta' Qrejca |
Kappella ta' San Pietru |
Kappella ta' Santa Katerina |
|
Kappella tal-Vitorja |
|